Gozo - Malta

Gozo - Malta

Il-Maltin ta' New Caledonia 1916 - L-Istorja ta’ l-istatwa (Ex Voto) ta’ Santa Lucija

- Joseph Mizzi

The statue in its original formIl-bidu tas-seklu għoxrin ma kienx wieħed tajjeb. Sa mill-bidu kien ġa beda jberraq u aktar ma bdew għaddejjin is-snin aktar kotor il-ġuħ u l-għaks.  Biex tagħaqad fl-1911 feġġet il-kolera u l-Italja, ddikjarat gwerra fuq it-Turkija.  Il-poplu tagħna kien bla xogħol u il-ġuh beda jgħafas.  Din kienet l-istorja ta’ Malta u Għawdex fil-bidu tas-seklu għoxrin. U l-antenati tagħna ma ħelsux min dan l-għaks.  Bosta minnhom kienu ġa servew bħala suldati fil-gwerra il-kbira (1911 – 1918 ) Iżda meta ġew lura qawwijien u sħaħ ma sabux jahdmu. Riedu jitimgħu lill-familjari tagħhom.  Kien għalhekk li bosta minnhom iddecidew li jħallu pajjizhom u jfittxu futur f’art barranija.

Kien nhar it-12 ta’ Settembru 1916 meta l-vapur GANGE wara li kien wasal Malta għabba 214 emigrant għall-Awstralja.  Il-maġġoranza taghom kienu Għawdxin fosthom mil-Gharb, San Lawrenz, Zebbuġ, Ghasri, Kercem, Victoria, Fontana, Xaghra, Xewkija, u  Santa Lucija. Min Santa Luċija biss min popolazzjoni ta xi 300 ruh, dak in-nhar telqu lejn l-Awstralja mhux inqas min 14 ir-ruh.

Dawn kienu:

Isem Laqam
Bugeja Francesco Ta’ Ħarbat
Debrincat Francesco Tan-Nahli
Debrincat Giuseppe Tan-Nahli (Id-Didi)
Debrincat Joseph Tan-Nahli (Iben Giuseppe)
Galea Lorenzo Tal-Maxxa
Galea M’Angela Tal-Maxxa
Galea Paola Tal-Maxxa (Ahwa)
Gatt Agostino Tal-Furnar
Mercieca Giorgio Tal-Bieba
Stellini  Giuseppe Tal-Mallu
Stellini Giuseppe Tal-Bubun
Stellini Lorenzo Ta' Kurun
Sultana Salvatore Tan-Nigret
Tabone Giuseppe Tat-Testus

 

Giuseppe Stellini - il-MalluBilli kien żmien il-gwerra (il-kbira 1914-1918) il-Gange, fuq ordnijiet ta’ l-ammiraljat ingliz ħa korsa speċjali u wasal Port Said fis-17 ta’ Settembru, Colombo fit-3 ta’Ottubru u Fremantle,wara taqtiegħa mall-baħar qawwi li kważi għerreq il-vapur,  fil-21 ta’Ottubru. Iżda meta il-vapur ġie biex jidħol fil-port, il-kaptan irċieva ordni biex ma jankrax.  Min hemm il-vapur ġie ordnat biex ibaħħar lejn Melbourn fejn wasal fit-30 ta’Ottubru. U hawn beda jberraq.  Dik il-ħabta l-Awstralja – territorju Ingliz – kien ukoll fil-gwerra.  Ħafna ħaddiema marru suldati. Il-gvern Awstraljan ried jagħmel ir-referendum tal-lieva.  L-Unions allura bdew jitilfu l-membri u qamu kontra l-gvern. Dawn ma riedux li dawn l-emigranti jieħdu ix-xogħol tal-membri

tagħhom. Allura l-gvern Awstraljan ma riedx li dawn l-immigranti jinżlu l-art għax beża li l-unions itellfuh ir-referendum. Iżda biex il-gvern Awstraljan iġib xi forma ta skuża ġiegħel lil dawn il-povri missirijietna jagħmlu eżami bil-lingwa Olandiża.  Kif kien mistenni ħadd ma għadda min dan l-eżami. Skuża tajba bies jeħles minnhom!

Fuq ordnijiet min fuq, il-Gange telaq min Melbourne fit-3 ta’ Novembru u wasal Sydney jumejn wara. Pero issa l-imigranti kienu mgħassa mis-suldati – li ma jmurx jaħrab xi wieħed – iżda xorta waħda kien hemm min ipprova, xi uħud irnexxielhom iżda oħrajn inqabad.  Fost dawk li rnexxiehom jaħarbu insibu lil Agostino Gatt min Santa Luċija.

Sa dan ittant il-kaptan ġie ordnat biex jitlaq lura bl-imigranti lejn Malta. Hu li kien cittadin franciz irrifjuta l-ordnijiet tal-gvern Ingliz għax kien ġa rriserva il-vapur lill-gvern tiegħu. Għalhekk fit-12 ta’ Novembru kellu jitlaq bihom lejn port franċiz – Noumea –New Caledonia. U hawn qamu il-gazzetti favur missirijietna. Is-Sydney Morning Herald ġibdet l-attenzjoni fuq ir-relazzjonijiet tajba bejn Malta u l-Awstralja u li dawn l-imigranti kienu sudditi inglizi.  Ġara mbagħad li nhar it-8 ta Dicembru dawn l-imsejkna ġew meħuda lura Sydney (bil-vapur  St Louis) u mitfuha fuq   barkun qadim u mimli sadid f’nofs il-port.  Min hemm il-quddiem beda moviment biex dawn l-imigranti jitħallew jinżlu l-art.  Fost dawk li hadmu bla heda min fost dawk l-isfortunati kien hemm Lorenzo Stellini.  Dan Stellini kien litterat u kif jinghad hu kiteb bosta ittri lill-Isqfijiet sew ta’ Malta u sew ta’ Għawdex, biex jiġbdilhom l-attenzjoni għas-sitwazzjoni li jinsabu fiha u jidħlu għalijhom quddiem il-gvern ingliz. Meta deher li kollox gej ħażin u dawn l-imsejkna bdew jaqtgħu qalbhom, ma kienx baqa x’jgħamlu ħlief jitolbu l-interċezzjoni divina.

Lorenzo Stellini - Ta' Kurun with his wife RozaB’qalbhom qawwija u mħeġġin min sħabhom min Santa Luċija huma talbu lill-qaddisa verġni u martri ta’ Sirakuza SANTA LUCIJA biex tintervieni għalihom. Huma mimlija rieda soda u b’qalbhom qawwija wiegħdu li jekk jeħilsu min dan il-għawġ  huma jagħmlu ħilithom biex issir statwa lill-qaddisa għall-knisja tagħha f’Għawdex.

Fl-Awstralja ħadem ukoll għalihom bla heda Fr. William Bonnet u fl-aħħar, nhar it-13 ta’ Marzu irnexxielu jiltaqgħa mal-Prim Ministru Hughes.  Wara din il-laqgħa l-imigranti ngħataw permess jinżlu l-art bill-patt u kundizzjoni li malli jibdew jaħdmu jidħlu membri tal-union.

Kien hawnhekk li sew Lorenzo Stellini u Giuzeppe Stellini bdew jiġbru il-flus biex ikomplu il-wiegħda.  Dawn il-flus kienu jibagħtuhom lill-nieshom u dawn min naħħa tagħhom kienu jgħadduhom lir-rettut tal-knisja tal-knisja ta’ Santa Lucija. Dan imbgħad min naħħa tiegħu ikkummissjona lill-istatwarju Wistin Camilleri biex jaħdem waħda mill-isbah statwi li hu qatt ħadem.

Meta ghadda iz-zmien u bosta min dawn l-emigranti irritornaw lura lejn pajjizhom, aktar l-istorja ħarġet fil-berah.  Li hu zgur li kieku ma kienx l-intervent ta’ Lorenzo Stellini l-istorja kienet tispiċċa mod iehor.  Hu u hu biss  u l-interventi tieghu salvaw lill-missirijietna min mewta certa.

 

© This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it - 2010

 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack