A Free Template From Joomlashack

A Free Template From Joomlashack

Il-Banda tad-Dudi - Malta's first organised string band

- Joseph Mizzi

F’Santa Luċija taf il-bidu tagħha l-banda tad-Dudi.  F’referenzi oħra nsibuha bħala l-orkestra tad-Dudi. Din tad-Dudi taf il-bidu tagħha fis-seklu sbatax (1). Tibqa mfakkra bħala l-ewwel banda tal-korda tal-gżejjer Maltin ("Malta’ first organised string band(2)). Ħadet isimha mill-laqam ta’ familja li għall-snin twal għexu fil-pjazza ta Santa Luċija kantuniera ma’ Triq Klula. Din l-għaqda kienet tikkonsisti f’hames irgiel kollha minn Santa Luċija.  L-istrumenti kienu tlitt vjolini, baxx u ċimbali. (3).

Għal-generazzjonijiet u sekli sħaħ baqgħet tiffunżjona, dejjem immexxija  minn xi membru tal-familja Debrincat.  L-aħħar erba membri tad-Dudi kienu Guzeppi Debrincat, id-Dudi, li kien idoqq vjolin u bħalu li kienu jdoqqu vjolin kienu Carmelo Bugejja (Harbat) u Guzeppi Bugejja (Kaxxetta). Guzeppi Pace (It-Tira)  kien idoqq il-kontrabaxx. Guzeppi Bugejja u Carmelo Bugejja kienu aħwa. Meta imbghad fl-1913 miet id-Dudi postu ħadu iben Guzeppi Bugejja (il-Billu). Il-ħames membru li nafu bieħ kien Guzeppi Pace (it-Taħħan) li min żmiem għal żmien kien idoqq iċ-ċimbali.

Minbarra dawn il-membri, permezz tal- kelma li tgħaddi mill-missier għal iben, nafu li Lorenzo Debrincat  (id Dudi)(1829-1908) missier l-imsemmi Guzeppi Debrincat u Anthony Bugejja (Medda)(1851-1907) missier l-aħwa Carmelo u Guzeppi Bugejja kienu membri tal-Banda tad-Dudi. Minħabba li l-ismijiet tal-membri ta Tad-Dudi kienu jixxibħu dawn trid tiddistingwihom mill-laqam.

Il-Banda tad-Dudi kienet iddur ma Għawdex kollhu iddoqq noti melodjużi biex tferrah lil dawk li kienu jinġabru madwarha. Impenn importanti għalihom kien li jżuru dawk il-familji bħal meta titwiled xi tarbija, f’xi okkazjoni ta żwieg, meta xi emigrant jiġi lura jew meta xi ħadd jgħaddi minn xi eżami mportanti. Għat tfal ta Santa Lucija, il-għaxijiet sajfin kienu ta’ ferħ għalihom meta ‘il-Banda tar-raħal’ kienet tinġabar fuq it-tarag tal-knisja ‘għal-kunċerti’.  Biss jibqa il-fatt li l-ikbar zewġt okkażjonijiet fejn il-Banda tad-Dudi kienet tagħti semgħa kienu il-festi tal-irħula u l-Karnival fejn hu magħruf li f’din l-akkażjoni kien iqassmu il-perlini. Min tagħrif li ġbart dan l-aħħar jidher li magħhom f’xi okkażjonijiet kien ikun kemm magħhom żeffiena mara – li għal dak iz-zmien lejn l-aħħar tas-seklu 19 - kienet xi ħaġa rari -  biex ukoll tferraħ il-poplu.

Maż-żmien tant saret popolari li l-ingliżi semmewa ‘The Gozo Quadretto’. Hu magħruf li l-aħħar li daqqet kien fl-ordinazjoni ta Dun Frangisk Spiteri fl-1925. Iżda mbagħad fatturi socjali u l-emigrazzjoni bdew jagħmlu tagħhom u maż-żmien waqfet tiffunzjona.

Fiż-żminijiet tal-lum meta nħarsu lura naraw li din il-banda u oħrajn bħala aktar magħrufa bħala il-baned ta’ wara il-bibien bħala xi ħaga insinifikanti iżda jkollna nammettu li kienu ħuma li xegħlu ix-xrara biex illum twaqfu il-baned kif nafuhom illum.(4).

 

Ref:

1- Michael Grech, Għaqdiet Mużikali Għawdxin, fil-Focus (1980-81), 79.

2- Charles Fiott, Towns and Villages in Malta and Gozo-4, 74

3- A. Stellini-nepputi ta wiehed mid-daqqaqa.

4- J. Vella, A Focus on Gozo,178

 

© Joseph Mizzi

 
 
Joomla Templates: by JoomlaShack