| Nies minn Santa Lucija |
TONI
SULTANA
(1913-1996) |
| Dun Frangisk Sultana |
| Toni tan-Nigriet kien ir-raba' wild ta' Guzepp
Sultana u Maria Mercieca. Hu twieled nhar it-27 ta' Mejju
1913. Kien zmien ta' faqar u ghaks kbir. Hutu l-ohra kienu
Lucija, Maddalena, Mikielang u Frangisku, illum kollha
mejtin. |
| Ommhom mietet meta kienu ghadhom
zghar hafna fl-eta', u tilef lill-missieru meta kien ghad
kellu biss 13-il sena. Fil-fatt dawn it-tfal trabbew maz-zijiet
taghhom. Ta' hmistax-il sena, Toni li kellu karattru dhuli
u biezel u kien diga' jaghmel xi bicca xoghol bhal jaghti
daqqa t'id fir-raba' ma' haddiehor biex jaqla' xi haga
tal-flus. |
| Suldat: |
| Ta' eta' zghazugha dahal bhal suldat fir-Royal
Malta Artillery (R.M.A.). u serva fis-sezzjoni tad-demolition
fit-tieni gwerra dinjija (1939-1945). Hu stess kien qalli
minn kemm esperjenzi koroh ghadda matul dan iz-zmien.
Kien jirrakkonta kemm ghamlu xoghol ta' riskju u perikoluz
fil-hidma ta' salvatagg ta' suldati u nies fi djar imgarrfa.
Ta' dan ix-xoghol hu gie onorat b'diversi medalji fosthom
b' "The Malta George Cross 50th anniversary medal" |
| Kien f'dan iz-zmien li ried irabbi familja
numeruza ta' disat' itfal li wiehed minnhom illum huwa
mejjet. Tista' tahseb xi tbatija ghadda minnha: hu f'Malta
qalb il-bombi u nirien u l-mara tieghu Lucija tithabat
mat-tfal u x-xoghol li iggib maghha t-trobbija tal-ulied. |
| Xoghol fil-Knisja ta' Santa Lucija: |
| Fis-sena 1948, Dun Anton Grima, rettur tal-knisja
gab sett ta' erba' qniepen minghand id-ditta Taylor tal-Ingilterra.
Toni kellu bicca xoghol li jiehu hsieb itella' dawn l-qniepen
u jqeghdom fil-kampnar. Kellu jara kif se jqghedhom peress
li l-kampnar tal-knisja mhux daqstant wisa'. Pero' din
il-hidma rnexxiet u bil-ghaqal tieghu sar metodu ta' tarjoli
kif dawn il-qniepen jistghu jindaqqu mill-kuridur tal-knisja.
Fil-fatt il-qniepen ghandhom sistema ta' sitt tarjoli
kull wahda biex jindaqqu minn isfel. |
| Fis-sena 1949, ir-rettur Dun Anton ddecieda
li jkabbar il-knisja bil-parti tal-kor, zewg kappelluni
u sagristija. Hu halla il-bini ta' dan it-tkabbir f'idejn
l-imghallem Toni. Toni ghamel sentejn jibni flimkien ma'
zewg haddiema ohra. Irnexxilu jwettaq dan ix-xoghol bi
precizjoni kbira. Kellu hafna tahbit biex jaghmel il-pedamenti
u dan ghax ried jghamilhom f'hafna tajn u tizlieq f'daghbien.
Meta kien ikun nieqes mill-haddiema, Toni kien jongor,
jerfa u jpoggi l-gebel kollox wahdu. Lahaq kien jiehu
lill-uliedu iz-zewg subien biex jghinuh billi jnewlulhu
xi barmil tajn jew izommulu is-sellum. |
| Meta lesta l-bini minn barra, Toni beda x-xoghol
tal-gwernicuni tal-gebel ghall-inkwadri tal-pittura li
kienu se jsiru fil-knisja. Ghamel xoghol ta' lavur fis-sagristija
u tikhil u invijar tal-hitan kollha. Hemm min jghid li
hu kellu f'mohhu li jgholli l-koppla tal-knisja, imma
Dun Anton ma halliehx peress li ma kellux flus f'idejh. |
| Bennej u Mghallem: |
| Wara li Toni ghamel ftit snin jibni ghal
rasu, sar maghruf bhala bennej mill-aqwa. Kien bniedem
li jiehu ix-xoghol bis-serjeta' u ma kienx jaf x'inhu
mistrieh. Kien jibda haga u jrid jtemmha malajr. Wara
ftit snin hu dahal bhala haddiem mall-gvern fit-Taqsima
tax-Xogholijet Pubblici. Toni kellu parti kbira fil-bini
ta' tlett skejjel hawn f'Ghawdex. Waqt li kien jibni f'
wahda minnhom, hu waqa' gholi ta' 22 filata, imma helisha
hafif billi kellu ksur f'sieq biss. Dakinhar kellu xorti
kbira. |
| Jien, personalment niftakru bhala foreman
flimkien ma' xi sitt haddiema ohra jibni fl-iskola ta'
San Lawrenz fejn jien kont immur skola fil-bidu tas-snin
sittin. Kont tarah imexxi x-xoghol u jibni hu stess anke
jekk bhala mghallem dan ma kienx xogholu. U la qeghdin
insemmu r-rahal sabih ta' San Lawrenz, jghidu li Toni
kien il-mohh li ta pariri siewja lil Perit Huntingford
fit-tfassil tal-bini tat-triq li minn dan ir-rahal tasal
id-Dwejra. L-arkata 'l kbira li hemm taqsam Wied 'il Kbir
kien hu li fassalha u bnieha. |
| Irtirar mix-xoghol: |
| Wara li hareg bil-pensjoni bl-eta', Toni
kien baqa' jmidd idu fix-xoghol tal-gebel imma b'mod hafif.
Kien bniedem mahdum. Stinka fuq li stinka u x-xoghol kien
jieklu. Issa kien wasal iz-zmien li jibza' ghal sahhtu.
|
| Meta naqsitu sahhtu u anke naqsu d-dawl kellu
jibda joqghod id-dar. Fil-fatt l-ahhar snin ta' hajjtu
kellu jghaddihom fis-sodda mdawwar bl-ghozza ta' martu
Lucija u ulied l-bniet. Kont immur nqarbnu kull gimgha
u baqa' jinteressa ruhu mill-knisja u fil-manutensjoni
taghha. Lahaq tani pariri siewja fuq hekk. |
| Toni miet nhar is-Sibt, 25 ta'
Ottubru 1996 fl-ghomor ta' 83 sena. Il-funeral tieghu
sar il-Hadd filghodu fil-knisja parrokkjali ta' Kercem.
Hafna kienu dawk li attendew ghall-funeral tieghu bhala
sinjal ta' rispett u apprezzament tax-xoghol li kien ghamel
b'risq il-knisja taghna. |
| |
| Back to Festa 2003
Programme |
| |
| |