| FESTA
2003 |
| Messagg mir-Rettur |
| Iz-zmien jghaddi u ma jistenna lil hadd.
Ix-xahar tal-Milied huwa maghna u lilna r-residenti tar-rahal
zghir ta' Santa Lucija barra din il-festa kbira tat-Twelid
ta' Gesu', jgibilna mieghu l-jiem gheziez tac-celebrazzjoni
tal-festa titulari : festa fl-eqqel jiem tax-xitwa dedikata
lill-patruna taghna Santa Luccja vergni u martri. |
| Ikun ilna nistennew dawn il-jiem u bir-ragun.
Santa Lucija lilna toffrilna l-okazzjoni li nergghu ngharblu
lilna nfusna u naraw jekk ahniex mexjin kif tixtieqna
Hi. |
| Ghalkemm ma kelliex hajja twila meta hadet
il-martirju taghha fis-sena 304 A.D. gewwa Sirakuza fi
Sqallija lilna hallietilna bosta ezempji sbieh ta' virtu'
fuqhiex ahna jmissna nimxu. Bhalha ahna mexjin wara l-Imghallem
Divin. |
| Jekk naghhu harsa lejn il-hajja ta' Santa
Lucija insibu li hi kienet tixxennaq ghat-taghlim tal-fidi
nisranija. Dan it-taghlim haditu minghand ommha Ewtikja
li ghalkemm kellhom bosta gid bhala familja nobbli, xorta
wahda riedet li tikseb l-oghla gid: dak li ma jintemmx
bil-kamla jew is-sadid, izda jtul ghall-hajja dejjiema. |
| Dan it-taghlim ta' formazzjoni nisranja tant
nizel fil-fond ta' qalbha matul iz-zghozija taghha li
kkonvincieha li tirrinunzja ghall-gid kollu ta' din l-art
u twieghed imhabbitha kollha lil Gesu' -l-Gharus taghha. |
| Ghaddiet minn hafna tfixkil, persekuzzjonijiet,
turmenti kbar biex harset is-safa' ta' gisimha u ruhha
u tat l-imhabba totali taghha nnifisha lil Alla. Din il-mixja
tal-fidi wasslitha sat-tixrid ta' demmha f'martirju kiefer
bil-qtugh ir-ras. Imma kif jghidu l-qaddisin 'l kbar tal-ewwel
sekli li "d-demm tal-martri huwa z-zerriegha tal-insara".
Il-martri taw qawwa u kuragg lill-insara l-ohra u b'hekk
kibret u tkattret il-knisja ma' kullimkien. |
| Ic-celebrazzjoni tal-festa ta' Santa Lucija
lilna theggigna biex nghixu l-hajja nisranja b'impenn
shih fil-qadi ta' dmirijietna. J'Alla jirnexxilna nimxu
'l quddiem fit-triq tal-qdusija bhalma mxiet hi. Santa
Lucija tghinna fin-nuqqas ta' hila taghna biex bhalha
niksbu l-premju tal-hajja ta' dejjem |
| Nappella lil kulhadd biex nattendu bi hgarna
ghall-funzjonijiet liturgici fil-knisja, nipprovaw naghmlu
xi ghemil ta' solidarjeta' ma' xulxin u nissawwru iktar
bhala komunita' nisranija b'identita' shiha taghna. |
| Jixraq li nersqu ghas-sagrament ta' rikonciljazzjoni
halli inkun nistghu nersqu biex nirccevu l-Ewkaristija
waqt il-quddiesa. Hekk verament inkunu nistghu nghidu
li ksibna xi haga ta' gid spiritwali minn din ic-celebrazzjoni
festiva. |
| Niehu l-okkazzjoni biex nirringrazzja lill-helpers
kollha tax-xoghol siewi li jaghmlu b'risq il-knisja taghna
u tal-appogg u ghajnuna mehtiega li jaghtuni mhux biss
f' dawn il-jiem tal-festa imma matul is-sena kollha. |
| Nawgura l-festa t-tajba lil kulhadd. |
| Dun Frangisk Sultana |
| |
| Back to Festa 2003
Programme |