TITLE
 

 
 
 
 
 
 
 
 
 


Mill-Mahzen tal-Armar
Raymond Cassar
Wiehed mid-delizzji kbar li ghandi huwa dak tal-armar tal-festa bit-tizjin l-iehor li jikkumpimentah. Festa tkun sabiha daqskemm jirnexxilek izzejjen il-lokal mill-ahjar li tista': il-pjazza, t-toroq tal-purcissjoni b'mod specjali u t-toroq l-ohra mnejn jghaddu l-marcijiet.

Ghalina d-dilettanti tal-armar, niehdu r-ruh meta jibda x-xahar ta' Novembru. Dan ifisser li l-festa ta' Santa Lucija tkun waslet, u ghalhekk waqt li nkunu nridu mmmiddu idejna ghal izjed xoghol, ahna niehdu sodisfazzjon ghaliex ix-xoghol li nkunu ghamilna matul is-sena jkun jista' jigi apprezzat minn kulhadd.
Ghalina tal-Kumitat tal-festa ghandna bicca xoghol doppja x'naghmlu fil-jiem qrib tal-festa. Ahna niprovaw inqassmu x-xoghol bejnietna peress li ma tantx ahna membri. L-ewwel nahsbu biex jekk ikun hemm xi bzonn tal-armar fil-knisja ahna naghtu daqqa t'id lis-sagristan. Imbaghad nistinkaw biex narmaw fuq barra meta t-temp ikun jippermetti. Peress li hija festa tax-xitwa, jekk jaghmel il-maltemp jfixklek hafna. Ilhaqna ghamilna gimgha shiha nistennew it-temp joqghod biex inkunu nistghu nohorgu narmaw l-antarjoli u l-festuni tad-dawl.
Fil-hajja mghaggla talllum ftit li xejn fadlilna hin, imma ahna minhabba dan id-delizzju nipprovaw insibu dan il-hin biex nippreparaw u nlestu xi affarijiet konnessi mall-armar li nkun iddecidejna li naghmlu sa mill-bidu tas-sena. Ta' min jghid li hekk kif inkun gbarna l-armar wara l-festa, ahna niddeciedu x'jrid isir ghall-festa li tkun gejja s-sena ta' wara.
Workshop u mahzen kbir
Is-sena forsi ghamilna l-ikbar bicca xoghol li stajna naghmlu: ghamilna wokshop u mahzen kbir ghall-armar tal-festa. Kien ilna bix-xewqa li jkollna fejn nerfghu l-armar u nahdmuh. S'issa konna ninqdew bic-Centru - pero' ma kienx hemm spzju bizzejjed. Issa ghandna fejn nahdmu fil-kumdita' kollha u anke fejn nahznu l-affarijiet sewwa. Minn hawnhekk nixtieq nirringrazzja lir-rettur Dun Frangisk Sultana talli hasbilna biex jipprovdilna mhux biss l-art imma anke l-flus ghal bini. Grazzi lil dawk l-irgiel kollha li taw daqqa t'id f'dan ix-xoghol ta' bini u tikhil. Hekk il-holma li jkollna mahzen saret realta'.
Opri godda tal-armar
Il-Kumitat tal-festa kien ha d-decizjoni li bil-mod il-mod jdawwar it-toroq tal-purcissjoni b'pavaljuni tad-dawl. Fil-fatt is-sena l-ohra saru zewg pavaljuni ohra tad-dawl. Dabn ghax sas-sena 2001 kien hawn pavaljun wiehed li sar lejn l-ahhar tas-snin sebghin u kien jinxteghel fil-kantuniera ta' Triq Bir Rix ma' Triq Santa Lucija. Din is-sena irnexxilna naghmlu tlieta ohra u dawn se jiddendlu fi Triq Ghajn Abdul. Id-disinn ta' dawn il-pavaljuni sar mill-membri tal-istess kumitat. Ta' min jghid illi l-armar li naghmlu nridu naghmluh b'tali mo li jkun jiflah ghall-maltemp u dan ghax il-festa taghna hija fl-eqqel jiem tax-xitwa.
Barra dawn it-tlett pavaljuni tad-dawl godda, saru erba' pilandri u erba' fjuretti ghal gol-pjazza. Is-sena ziedna d-disinni tad-dawl ghall-faccata tal-knisja u taht il-kampnar. Bhala armar inridu nghidu ukoll li ghad-dawra tal-purcissjoni ghandna 'il fuq minn ghoxrin pavaljun tad-drapp u tnax -il bandalora fil-pjazza li jintramaw dejjem jekk it-temp ikun jippermetti. Generalment narmawhom il-Hadd filghodu f'jum il-festa esterna: dan biex ma jitqattghux birr-ih u bil-maltemp.
Finanzi
Forsi ikun hemm min jghid kif komunita' zghira bhal taghna jirnexxilna nlahhqu mall-ispejjes. Parti minnhom jithallsu mill-istess membri tal-Kumitat waqt li l-kumplament tal-ispejjes jigi ffinanzjat minn attivitajiet li norganizzaw fic-Centru bhal BBQs u ikliet ohra li naghmlu minn zmien ghal zmien.
Ta' min ifahhar dawn l-isforzi kollha ghax Santa Lucija jixirqilha iktar min hekk. Wara kollox dan huwa mod konkret kif nuru l-imhabba lejn il-patruna taghna. Grazzi lir-rettur tal-inkoraggiment li jaghtina u nistieden li dawk fostna li ghandhom dan id-delizzju biex jistinkaw halli jomplu jkabbru l-festa u ma jaqtghux qalbhom mid-diffikultajiet li jinqalghu fil-hidma li tkun trid titwettaq.
Xieraq li ahna li nhobbu l-armar tal-festa nibqghu nahdmu halli naghmlu festa esterna dejjem isbah u li tkun tixraq lil Santa lucija. Hekk ahna rsidenti f'dan ir-rahla inhossu s-sodisfazzjon taghna li ghalkemm zghar fin-numru, xorta jixnexxilna naghmlu festa helwa li anke min jigi minn irhula ohra jiehu pjacir biha.
Dicembru 2003
 
Back to Festa 2003 Programme
 
   
   

© Copyright 2002-2008 www.santalucija.com. All rights reserved.