IS-SBATAX
-IL MITT SENA MILL-MARTIRJU TA' SANTA LUCIJA
(13 ta' Dicembru 304 -2004) |
| Fr Francis Sultana -
Rettur u President tal-Kumitat tal-Festi Centenarji |
| Is-sena d-diehla l-knisja taghna u r-residenti
ta' Santa Lucija jiccelebraw festa specjali f'gieh il-qaddisa
patruna taghhom: Santa Lucija vergni u martri. Fil-fatt
is-sena d-diehla jahbat is-sbatax-il mitt sena mill-martirju
taghha. - martirju li sehh fit-13 ta' Dicembru 304 A.D.
waqt il-persekuzzjoni tal-imperatur Djoklezjanu. Il-qofol
ta' din il-festa centinarja ikun nhar it-12 ta' Dicembru
2004 meta ssir il-festa esterna u l-ghada 13 ta' Dicembru
meta tkun il-festa liturgika. Il-ftuh ta' din is-Sena
Centinarja hemm il-hsieb li jsir nhar il-Gimgha 13 ta'
Frar 2004. |
| Id-devozzjoni lejn din il-qaddisa ghadha
hajja hafna. L-isem ta' din il-qaddisa "Lucija"
, bil-latin "lux" jfisser "dawl":
ghalhekk fl-ikonografija kristijana hija dejjem rapprezentata
b'par ghajnejn fi plattina: simbolu tal-qawwa tal-fidi
nisranija li twassal sal-martirju. Ghalhekk hija meqjusa
bhala l-patruna ta' dawk neqsin mid-dawl jew li qeghdin
ibatu minn xi mard f'ghajnejhom. Óafna huma dawk
li jersqu quddiemha biex jitolbuha tharishom u tghinhom
fi tbatijiethom. |
| Hija x-xewqa tieghi u tal-Kumitat tal-Festa
li minbarra li forsi jkollna xi jiem ta' festi iktar mis-soltu,
ghandu jsir sforz biex f'din is-Sena Centinarja l-komunita'
nisranija ta' Santa Lucija jkollha okkazzjoni li tigedded
spiritwalment. Il-motto maghzul ghal din il-festa centinarja
huwa mehud mill-Vangelu ta' San Gwann 8,12:"Jiena
d-dawl tad-dinja. Min jigi warajja ma jimxix fid-dlam,
izda jkollu d-dawl tal-hajja". Santa Lucija mxiet
tajjeb wara Kristu: imxiet fid-dawl tieghu hajjitha kollha
u b'dan l-istess dawl hija tipprova turina t-triq tas-sewwa
li twassalna ghand l-Mulej fejn hija qeghda ssaltan mieghu
fil-glorja. Anke l-istess motto tar-rahal huwa inpsirat
minn din it-tema tad-dawl, infatti huwa : "civibus
lucem ingeni" : naghti d-dawl lil niesna. |
| Biex jinkiseb dan it-tigdid spiritwali, l-knisja
ta' Santa Lucija se tibni l-pastorali taghha fuq il-htiega
ta' iktar evangelizzazjoni: iktar taghlim, formazzjoni
religjuza ghall-kategoriji kollha tal-komunita'. Din il-hidma
ssir billi issir 'drive' ghall-membri godda fl-Azzjoni
Kattolika fit-tlett ferghat li ghandna. Jekk ikun possibbli
naghmlu iktar laqghat ta' talb. Se jsiru ukoll zjajjar
fil-familji biex permezz tal-kuntatt personali nheggu
lin-nies biex iktar jiehdu sehem fil-funzjonijiet tal-knisja
u possibilment jaghmlu xi xoghol ta' voluntarjat. |
| Hemm il-hsieb li tinghata formazzjoni liturgika
waqt ic-celebrazzjoni tas-Sena Liturgika: specjalment
waqt iz-zmien proprju: Avvent-Milied; Randan-Ghid; u festi
ohra, ic-celebrazzjoni tas-sagramenti; u tifsir tal-quddiesa.
Se jigi stampat ukoll ktejjeb bil-hajja ta' Santa Lucija.
Kull 13 tax-xahar meta tkun tippermetti l-liturgija tigi
ccelebrata l-quddiesa votiva ta' Santa Lucija, tinghad
il-Kurunella taghha u possibilment dakinhar issir ukoll
xi attivita' socjali. |
| Il-festa centinarja trid tghinna ukoll biex
nikbru fl-ispirtu ta' solidarjeta' u karita' mall-proxxmu.
Fil-jiem tal-festa se naghmlu Kampanja ta' Generozita'
biex jingabru flus u oggetti utli ghad-dar biex imbaghad
jitqassmu mill-Ufficcju tal-Caritas. Ma' dan hemm il-hsieb
li jsiru zewg attivitajiet ghall-persuni b'dizabilta'
kollha t'Ghawdex: BBQ kbir fis-sajf u party ghalihom fil-jiem
tal-festa. Naghmlu l-gabra tal-Karita' u nahsbu ukoll
f'dawk tal-Missjoni. |
| Barra din il-hidma ghat-tigdid spiritwali
tal-komunita', il-Kumitat jixtieq illi dan ic-Centinajru
jibqa' mfakkar b'zewg opri artistici fil-knisja u ghal
dan il-ghan se jsir: l-ewwelnett il-Progett tal-Artal:
fejn se jsiru ambone u artal-mejda tal-irham u presbiterju
gdid - disinn u xoghol tal-marmista espert Joseph Azzopardi
minn Malta. It-Tieni Progett se jkun il-Pittura tal-koppla
tal-knisja mill-artist zghazugh Ghawdxi Austin Camilleri. |
| Il-Kumitat tal-festa jiehu l-okkazzjoni biex
is-sena d-diehla jistieden lill-parrocci kollha biex flimkien
mall-kumunitajiet taghhom jigu jiccelebraw il-quddiesa
f'xi wahda mill-granet tat-tredicina tal-festa. Il-Kumitat
jistieden ukoll lil dawk li huma mwielda f'Santa Lucija
u li joqghodu barra mir-rahal jew li ghandhom xi rabta
familjari ma' dan ir-rahal, kif ukoll lil dawk li jgibu
dan l-isem sabih biex jigu jinviztaw u jaghmlu d-devozzjonijiet
taghhom lil Santa Lucija. |
Nahseb illi bit-tfassil ta' dan il-programm
ghandu jinkiseb hafna gid spiritwali waqt li fl-istess
hin ma jtellef xejn mill-ferh u l-briju li jafu jgibu
jiem ta' festa centinarja.
|
| Dicembru 2003 |